Wednesday, July 24, 2024

Riżultat li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Birkirkara ……..1

Hibernians ……1

Kien draw li ma kkuntenta lil ħadd dak ta’ 1-1 bejn Birkirkara u Hibernains, bl-Istripes isalvaw punt prezzjuż proprju fil-ħin miżjud permezz ta’ penalty ta’ Andrea Zammit.

Iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti pożittivi tagħhom iżda naqsu milli jkunu inċisivi fl-attakki tagħhom. Kollox ma’ kollox, dan l-istaġun jista’ jitqies bħala wieħed  diżappunatanti għaż-żewġ timijiet, bit-tragward għalihom jibqa’ dak li jiksbu post fl-Ewropa.

Kien biss fit-28 minuta li walset l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita meta minn azzjoni personali kien Rodney Antwi li ra x-xutt tiegħu jintemm barra.

Birkirkara wieġbu għaxar minuti wara meta Paul Mbong ra lill-goalkepeer, Ib­rahim Kone, joħroġ barra minn postu u jinterċetta x-xutt ta’ Mbong.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-51 minuta Mbong għadda tajjeb lejn Satariano li kellu xutt fil-baxx jiġi salvat minn Kone.

Tmien minuti, wara huma appellaw għall-penalty meta Antwi deher iwaqqa’ lil Pena Beltre fil-kaxxa, iżda r-refe­ree, Ishmael Barbara, ħalla l-logħob għaddej.

Hibernains wiegbu fit-63 minuta permezz ta’ xutt ta’ Artem Radchenko minn barra l-kaxxxa li ntemm barra.

Fis-70 minuta, Birkirkara tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta minn żball fid-difiża ta’ Hibernians, il-ballun wasal għand Maxuell Maia li avvanza iżda x-xutt dgħaj­jef tiegħu ġie salvat bis-sieq minn Kone.

Fil-85 minuta, Hibernians fetħu l-iskor meta Bairam għadda lejn is-sostitut żagħ­żugħ ISAIAH CHUKUN­YERE li wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper,Marcel Za­py­towski, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Iża, fil-95 minuta Birkirkara rebħu penalty meta ANDREA ZAMMIT twaqqa’ fil-kaxxa minn player avversarju biex l-istess player mill-11-il metru ma żbaljax fost id-delirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Karkariżi.

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong (7-Adailton Quiroz 64), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (10-Andrea Zammit 73), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef (Omar Elouni 82’), 27-Alessandro Coppola, 36-Edward Sarpong (91-Maxuell Maia 64’), 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite – Coach: José Borg

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana, 10-Jurgen Degabriele (17-Isaiah Chukunyere 83), 20-Artem Radchenko (21-Alex Bruno 76), 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Claudio Bonanni, 25-Mamadou Bagayoko, 29-Giannis Bastianos, 77-Rodney Antwi (8-Robert Bairam 69), 99-Gabriel Fernandes   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, James Muscat

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: I. Chukunyere 85 (H), A. Zammit pen. 95 (B)

AMMONITI:G. Fernandes (H), A, Queiroz (B)

Ekonomija

Sport