Wednesday, July 24, 2024

“Min wettaq dan l-att postu aktar f’ġungla milli man-nies”

Aqra wkoll

“Trid tkun veru ma tistħix minn Alla li ħalqek. Aħseb u ara minn ta’ madwarek”. Dan kien il-messaġġ li wassal is-sindku ta’ Ħad-Dingli, Raymond Schembri.

Dan hekk kif dalgħodu kien hemm persuna li ddeċidiet li tixħet kannestri, kaxxi u skart ieħor fl-inħawi tal-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, fil-biċċa li tagħmel parti mis-Siġġiewi.

Fl-istess messaġġ, Schembri spjega kif il-kunsilli u r-reġjuni, jaħdmu id f’id mal-Gvern u mal-Cleansing Malta, sabiex b’hekk jiġu offruti diversi mezzi biex wieħed jiddisponi affarijiet ta’ rimi

Ekonomija

Sport