Anzjan ta’ 70 sena tilef ħajtu wara li waqa’ madwar tlett sulari għoli mill-bejt tar-residenza tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ
Kien aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m, meta l-Pulizija ġie kienu fuq ronda u nnutaw numru ta’ persuni flimkien ma’ tabib li kienu qed jassistu raġel fuq bankina fi Triq Ġanni Bonniċi, Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.