Sunday, May 5, 2024

Tifel ta’ 4 snin l-Isptar wara li ntlaqat minn vann f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Tifel ta’ erba’ snin jinsab l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura, wara li għall-ħabta tal-5:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit, li. jirriżulta lit-tifel intlaqat minn vann tat-tip Isuzu K, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 65 sena residdenti Ħal Qormi stess.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Sport