Saturday, May 4, 2024

“Se nagħmel l-almu tiegħi biex inkun strument ta’ għaqda”

- Myriam Spiteri Debono tinħatar President ta’ Malta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Hemm ħafna materji illi nistgħu naqblu fuqhom. Se nagħmel l-almu tiegħu kollu biex inkun strument ta’ għaqda li tgħolli l-istima u l-pofil nazzjonali u internazzjonali ta’ Malta”. Dan qalitu l-eċċellenza tagħha, Dr Myriam Spiteri Debono fid-diskors tagħha wara li ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala l-11 -il President ta’ Malta. 

Dr Spiteri Debono bdiet id-diskors tagħha billli irringrazzjat lill-Membri kollha tal-Kamra tar-Rappeżentanti, partikolarment lill-Prim Ministru, li nnominaha u lill-Kap tal-Oppożizzjoni li ssekondaha għall-fiduċja li urew fiha meta qablu u għażlu li jafdawlha l-irwol tal-President tar-Repubblika maħbuba, li rreferiet għaliha bħala Malta “l-Omm li tatna isimha”. 

Fl-istess diskors, il-President fakkret sabiex niftaku li t-twaqqif tar-Repubblika ta’ Malta ħamsin sena ilu, fit-13 ta’ Diċembru tal-1974 kien jirrikjedi l-vot ta’ milll-inqas żewġ terzi tal-Kamra u li dakinhar ukoll kien intlaħaq il-ftehim li kien neċessarju. Spjegat kif amministrazzjoni wara l-oħra, bdew jiżviluppaw l-oqsma ekonom iċi u soċjali ta’ pajjiżna, tant li llum wasalna f’sitwazzjoni fejn ma għadx għandna l-pjaga tan-nuqqas ta’ xogħol. 

Dr Spiteri Debono spjegat li l-ewwel pass sabiex il-barranin li jkunu anqas ixxurtjatii minnha jintegraw, huwa importanti li aħna l-Maltin u l-Għawdxin inħaddnuhom  u nifmuhom u li f’dan ir-rigward irridu mmorru lil hinn mill-passitivita’ tat-tolleranza u lil hinn minn aċċettazzjoni ta’ nofs kedda. 

B’referenza mis-sewwa għas-sewwa, il-President qalet li minn ta’ eta’ tenera, fid-djar, fl-għożża tal-familja u tan-nanniet, lit-tfal żgħar għandna ngħallmuhom sabiex jekk meta jagħmlu xi ħaġa, jagħmluha sewwa u għas-sewwa.  Hija żiedet tgħid; “Ma’ dan irridu nittenjawhom fix-xjenza tal-ħsieb, ħsieb loġistiku u raġunat, biex ikunu kapaċi janalizzaw is-sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom”.

Il-President semmiet liż-żagħżugħ Jean Paul Sofia u qalet li jidher li hemm impenn sabiex ikunu adottati u implimentati r-rikomandazzjonijiet tagħha. B’referenza għal Daphne Caruana Galizia, Spiteri Debono qalet; “Ma ninsewx iżda li għad baqa’ ħafna xi jsir fir-rigward tar-rakommandazzjonijiet illi ħarġu mill-inkjesta dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruan Galizia”.

Qalet ukoll; “Jidhirli, iżda,li ,apparti l-mard fiżiku u mentali, qiegħda tinħass b’mod akut marda ġdida illi dan l-aħħar daħlet b’intensita’ kbira fostna- il-kilba għall-flus. Il-kilba għall-flus ħafna drabi tissarraf f’forom ta’ korruzzjoni; indifferenzi għat-tbatijiet li jinħolqu u li jsofri ħaddieħor. Hija agħar mill-vizzju tad-droga, li forsi, bil-perċezzjoni tal-maġġoranza tal-poplu tagħna hija l-ikreh vizzju”. 

Sport