Anzjan ta’ 76 sena residenti Santa Luċija weġġa’ waqt li kien qed juża mutur tal-ħart.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li kien għall-ħabta tat-3.00pm tas-Sibt meta ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza f’għalqa fi Triq ir-Ramlija, Ħal Kirkop.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 76 sena residenti Santa Luċija weġġa’ waqt li kien qed juża mutur tal-ħart. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ