Monday, April 29, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li jittajjar fl-Imġarr

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 88 sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li ttajjar fl-Imġarr. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.45 a.m. fi Triq il-Ganfra.

Mill-investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li karozza tat-tip Chevrolet li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 46 sena li toqgħod l-Imġarr latet lill-vittma.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport