Thursday, December 19, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta t-8:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjan ta’ 75 sena residenti ż-Żejtun stess kien intlaqat minn vettura tal-għamla Daihatsu Sirion li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imtarfa.

L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport