Anzjan ta’ 88 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn Toyota Vitz li kienet misjuqa minn raġel ta’ 65 sena residenti Birkirkara wkoll.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm tal-bieraħ meta mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-anzjan intlaqat waqt li l-karozza kienet qed tirriversja f’parkeġġ fil-Mosta
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.