Tuesday, December 24, 2024

Anzjan jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Bormla

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 68 sena residenti Bormla weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3.15p.m. fi Triq San Nikola, Bormla.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-anzjan weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura Mazda 2, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport