Friday, November 29, 2024

Anzjan jindarab gravi wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Persuna ttieħdet l-isptar wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Alfred Gauci meta għal xi raġuni raġel ta’ 65 sena residenti Tas-Sliema waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn wettqu operazzjoni biex ir-raġel seta’ jittella’. Issejħet ukoll ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

Sport