Friday, April 26, 2024

Il-Parlament jifraħ lill-Ministru għal Għawdex għat-tieni wild tiegħu

Aqra wkoll

“Ilbieraħ f’Jum ir-Repubblika rċivejna l-isbaħ rigal tal-Milied bit-twelid tat-tieni bint tagħna. Deborah u t-tarbija jinsabu tajbin fis-sala tal-ħlas u Ana qiegħda man-nanniet tistenna li tiltaqa’ għall-ewwel darba m’oħtha ż-żgħira!” Ħabbar dan il-Ministru Għal Għawdex Clint Camilleri filwaqt li rringrazzja lill-istaff kollu tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex għad-“dedikazzjoni impekkabbli tagħhom”.

Intant fl-aħħar ħin, waqt li bdiet l-aħħar seduta parlamentari għal din is-sena, il-parlament feraħ lill-Ministru għal din l-aħbar sabiħa f’dan il-perjodu ta’ ferħ fi żmien il-Milied.

Sport