Sunday, December 22, 2024

Anzjan jindarab serjament wara li waqa’ fuq il-blat

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 82 sena residenti Tas-Sliema ndarab serjament wara li waqa’ fuq il-blat fil-viċinanzi ta’ Ġnien l-Indipendenza.

Kien għall-ħabta tal-10.30a.m. ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema, minħabba li kien hemm persuna mixħuta fuq il-blat.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjoniiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport