Wednesday, July 24, 2024

Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ f’ġiebja vojta

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 76 sena residenti l-Imqabba tilef ħajtu wara li għall-ħabta tat-8.15am instab instab f’ġiebja vojta fonda madwar sular wara li x’aktarx waqa’.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-anzjan instab f’għalqa li tinsab fil-limiti ta’ Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.
Fuq il-post wasal ukoll tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl- investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport