Wednesday, July 24, 2024

Unai Emery iġedded il-kuntratt ma’ Aston Villa

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Aston Villa, Unai Emery, iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin mal-club wara li mexxihom għall-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.

L-Ispanjol ta’ 52 sena ttrasforma lill-Villa minn meta ngħaqa magħhom mingħand Villarreal, f’Ottubru 2022, bit-team kien jinsab fis-17-il post fil-Premier League.

Iżda huwa wassalhom fis-seba’ post fl-ewwel staġun tiegħu fit-tmexxija u fir-raba’ f’dan l-istaġun.

“Ninsab kuntent ħafna li ffirmajt dan il-kuntratt biex inkompli bir-responsabbiltà li mmexxi lil dan it-team,” qal Emery, li l-ftehim eżistenti tiegħu kien għad fadallu tliet snin oħra.

Ekonomija

Sport