Thursday, December 26, 2024

Anzjan jitlef il-liċenzja tas-sewqan wara li tajjar tnejn li kienu qed jaqsmu t-triq

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 73 sena tilef il-liċenzja tas-sewqan hekk kif tnaqqsulu 31 punt talli baqa’ għaddej minn fuq il-pedestrian crossing meta d-dawl kien fuq l-aħmar u tajjar mara u raġel. 

Michael Mangion kien mixli li fil-5 ta’ Ottubru 2022, fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, l-Imqabba, saq vettura b’manjiera traskurata u ma naqqasx il-veloċità meta wasal ħdejn pedestrian crossing li taħdem bid-dawl.

Huwa kien mixli wkoll li baqa’ għaddej meta d-dawl kien aħmar, li b’mod involontarju kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel u mara, u li meta kien involut f’inċident tat-traffiku naqas li jieqaf u meta kien meħtieġ naqas li jirrapporta l-imsemmi inċident lill-pulizija jew gwardjan lokali.

Mangion ammetta l-akkużi kollha miġjuba kollha kontra tiegħu, bil-Qorti preseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima ssibu ħati u tikkundannah għal 14-il xahar ħabs li ġew sospiżi għal erba’ snin filwaqt li mmultatu €200.

Barra minn hekk, il-Qorti naqqsitlu 31 punt minn fuq il-liċenzja tas-sewqan u ordnat ir-revoka sħiħa tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Charlotte Curmi.

Ekonomija

Sport