Wednesday, July 24, 2024

Hibernians jiksbu post fiċ-Championship Pool wara rebħa fuq Luxol

Aqra wkoll

Hibernians għaddew għaċ-Championship Pool tal-VMFA Cisk Premier League meta fl-isfida diretta għar-raba’ post, għelbu lil Luxol 8-6.

Kif jindika l-iskor, il-logħba kienet ferm movimentata bil-vantaġġ jalterna minn tim għall-ieħor bl-ewwel taqsima li għalqet 4-4.

Fit-tieni taqsima, il-Pawlisti għamlu l-kuraġġ u marru fil-vantaġġ u minkejja li t-tim minn St Andrew’s dejjem resaq qribhom, ma kienx biżżejjed biex jieħdu xi ħaġa minn din il-partita.

Ilia Nazarov skorja doppjetta filwaqt li Jeffrey Chetcuti, Mauro Brincat, Alan Tabone, Leandros Calleja, Adrian Lanzon u awtogowl ta’ Paul Murphy għaqqdu l-iskor għal Hibernians.

Manolito Micallef skorja erba’ gowls għal Luxol filwaqt li Mauro Camoranesi u Beppe Antignolo komplew jagħtu tama għat-tim tagħhom.

Sadanittant Gżira United Veterans resqu punt bogħod mil-leaders MFPA meta għelbu lil Rabat Veterans 7-3.

Il-Maroons bdew jattakkaw sa mill-bidu fit-tentattiv li jiksbu t-tliet punti importanti sabiex iżommu t-tamiet għat-titlu ħajjin.

Arthur Oyama skorja tripletta għal Gżira b’Gilbert Camilleri awtur ta’ doppjetta. Ian Zammit u David Azzopardi għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Rabat Veterans naqqsu l-marġni tal-iskor tliet darbiet permezz ta’ Adam Smeir, Dylan Falzon u Ibrahim Tarek.

Birkirkara St Helen’s kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra Żurrieq Wolves sabiex ikkonfermaw posthom mal-ewwel erbgħa.

Ayrton Buhagiar skorja hat-trick filwaqt li Malcolm Bugeja u Daniel Cremona wettqu doppjetta personali.

Wara li ntemm it-tieni round, issa t-timijiet inqasmu f’żewġ gruppi taċ-Championship Pool u Challenge Pool.

KLASSIFIKA – CHAMPIONSHIP POOL

MFPA 29, Gżira United 28, Birkirkara St Helen’s 23, Hibernians 19.

KLASSIFIKA – CHALLENGE POOL

Luxol 17, Rabat 14, Żurrieq Wolves 3

Ekonomija

Sport