Sunday, May 19, 2024

Anzjan jittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 71 sena residenti Għajnsielem kellu jittieħed l-Isptar wara li għall-ħabta tat-7.55am kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ fi Triq Borg l-Għarib (it-triq tal-Qala) meta raġel ta’ 75 sena residenti l-Qala, kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Hyundai Accent kellu mpatt ma’ mutur Kentoya.

Fuq il-post mar tim mediku mil-Isptar Ġenerali t’Għawdex li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-isptar għal aktar osservazzjoni.

Il-kundizzjoni tal-anzjan s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

1 kumment

  1. David Casa ahjar jiggieled gwerra qaddisa lill dawk li jmexxu d droga.Imorru fxi lukanda u jiehdu l coke ghall xi coke party mall hbieb.Il whistle blower hsibt li insejnieh.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport