Kien għall-habta tas-1.20pm meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza u mutur fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex, eżatt quddiem is-6th Form.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Ir-raġel hu residenti Għawdex u għandu madwar 70 sena.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.