Wednesday, November 13, 2024

Anzjan l-Isptar wara ħabta f’Bormla

Aqra wkoll

Anzjan iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10.30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq l-Inkurunazzjoni f’Bormla.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħaż-Żabbar u Toyota vitz misjuqa minn raġel ta’ 77 residenti Ħaż-Żabbar. Jidher li l-anzjan ngħata l-għajnuna biex jinħareġ mill-karozza li kien fiha anke wara li x’atarx kien qiegħed isofri minn xi kundizzjoni medika.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport