Saturday, April 27, 2024

Anzjan l-Isptar wara inċident b’ċilindru tal-gass f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 75 sena kellu jiddaħħal l-isptar wara li weġġa’ f’inċident li seħħ f’residenza li seħħ fi Sqaq it-Torri f’Birkirkara.

Il-każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m meta l-anzjan kien fi viċin ta’ ċilindru gass li kien imqabbad ma’ cooker. Jidher li difett fiċ-ċilindru wassal biex seħħet l-isplużjoni li kawża tagħha l-anzjan spiċċa mixħut fl-art.

Is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili. Tim mediku ħa lill-anzjan l-isptar b’ambulanza li ssejħet fil-post. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu iżda dan is-sit jinsab infurmat li kellu jingħata attenzjoni medika minħabba d-dħaħen li bela’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport