Thursday, April 18, 2024

Anzjan l-Isptar wara li ċeda parti mis-suffet tal-VIP Lounge tal-ajruport

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni ċeda parti mis-suffett tal-VIP Lounge tal-ajruport.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-inċident kien segwit minn kaos fil-post. Persuni li nzertaw fuq il-post fil-ħin tal-inċident qalulna li għadhom maħsudin b’dak li seħħ.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li assistew l-anzjan sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. S’issa għada mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

Fi stqarrija maħruġa mill-ajruport intqal li l-post jinsab magħluq sakemm ikun aċċertat li jista’ jilqa’ persuni b’mod sigur.

Ekonomija

Sport