Anzjan ta’ 86 sena tressaq il-Qorti mixli li żamm għalih €93,200, liema somma kienet ta’ ħaddieħor. Madanakollu l-akkużat ma nstabx ħati u l-każ waqa’ hekk kif irriżulta li l-anzjan għandu d-dimensja.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Doriette Cuschieri spejgat li l-każ imur lura għal Awwissu tal-2013, meta allegatament l-anzjan żamm is-somma għalih minflok taha lura lill-persuna kkonċernata.
Il-kawża kellha tinstema’ quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Minkejja dan, fix-xhieda tiegħu t-tabib tal-akkkkużat xehed li dan mhux se jkun f’pożizzjoni li jsegwi l-proċeduri minħabba li għandu d-dimensja.
Wara li l-vittma rtirat l-kwerela li għamlet fil-konfront tal-anzjan, il-Maġistrat Frendo Dimech iddikjarat l-proċediment bħala eżawrit.