Thursday, July 24, 2025

Anzjan mhux ħati bi qtil involontarju … fil-Qorti jirriżulta li l-vittma qabad u qasam 

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 83 sena residenti l-Fgura ma nstabx ħati li qatel raġel lif’inċident tat-traffiku. Dan wara li mill-provi li ħarġu fil-Qorti jirriżulta li l-vittma qabad u qasam bla ma stenna li jinqalbu d-dwal tal-pelican crossing.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-inċident seħħ f’nofs Mejju ta’ sebgħa snin ilu fi Triq Wied Blandun f’Raħal Ġdid. Jirrizulta li kawża tal-inċident, il-vittma ddaħħal l-Isptar bi ġrieħi gravi imma l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar sakemm spiċċa miet fl-aħħar ta’ Mejju tal-istess sena tal-inċident. 

Mal-Pulizija, l-akkużat spjega li meta niżel mill-karozza l-vittma beda jkellmu u żied li ddispjaċih għax il-vittma kien ħabib tiegħu tant li baqa’ jmur jarah l-Isptar kull jumejn u anke attenda għall-funeral.

Fil-Qorti, xehdu wkoll xi sewwieqa, fejn fl-ispjegazzjoni li taw qalu li l-vittma qabad u qasam u ntlaqat mill-karozza misjuqa mill-akkużat kif ukoll li raw lill-istess akkużat jinżel jgħinu.

Il-Maġistrat Nadine Sant Lia li ppresediet il-każ qalet li mill-provi li tressqu rriżulta li l-akkużat ma saqx bi traskuraġni u li kien il-vittma li qabad u qasam. Żiedet li kien il-vittma li bl-imprudenza tiegħu kkaġuna l-inċident u għalhekk illiberat lil akkużat mill-akkuża tal-qtil involontarju

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport