Saturday, November 23, 2024

Anzjan mixli li talab pjaċiri sesswali u hedded lil żewġ minorenni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 60 sena mill-Qrendi qed jinżamm taħt arrest wara li kien mixli li talab pjaċiri sesswali lil żewġ ġuvintur ta’ 13-il sena u heddidhom biex ma jikxfuhx.

Isem ir-raġel mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti tal-Maġistrati peress li huwa ġar taż-żewġ żgħażagħ u għalhekk tista’ tinkixef l-identità tal-minorenni.

Minbarra li talabhom favuri sesswali u li heddidhom, l-anzjan kien mixli wkoll li beżżahom, li tahom fastidju kif ukoll li ħebb għalihom u għal omm wieħed minnhom.

L-Ispettur Roxanne Tabone, li investigat il-każ, spjegat lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif fit-12 ta’ Settembru li għadda rċeviet rapport minn wieħed miż-żewġ żgħażagħ li l-anzjan kien qed jitlobhom pjaċir sesswali.

Ir-raġel allegatament heddidhom li jekk jikxfuh “ma jarawx id-dawl tax-xemx” u li jpattihilhom.

L-anzjan wieġeb mhux ħati bl-Avukat Mark Mifsud Cutajar talab il-ħelsien mill-arrest u anke issuġġerixxa li peress li huwa ma jaħdimx seta jiġi ordnat jibqa’ f’daru.

Madankollu l-Maġistrat Galea Sciberras ċaħdet it-talba u għalhekk l-akkużat baqa’ miżmum taħt arrest.

Sport