Friday, May 3, 2024

Anzjan ta’ 81 sena l-ħames persuna li miet waqt li kien infettat bil-COVID-19

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija maħruġa kkonferma li anzjan ta’ 81 sena huwa l-ħames persuna li miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’pajjiżna.

L-anzjan, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech, kellu kumplikazzjonijiet oħrajn ta’ saħħa. L-anzjan miet fl-Isptar Karin Grech matul il-lejl. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella mill-ġdid biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Il-Ministeru tenna li huwa ferm importanti li għalkemm bdew jiġu rrilassati xi miżuri, l-anzjani u persuni oħra vulnerabbli joħroġu biss għal raġunijiet essenzjali.

Sport