Saturday, December 28, 2024

Anzjan ta’ 81 sena mixli li abbuża sesswalment tifla ta’ 5 snin

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 81 sena tressaq il-Qorti mixli li abbuża sesswalment tifla ta’ ħames snin fir-residenza tiegħu fl-Imsida. L-allegat każ seħħ it-Tnejn li għadda.

Carmelo Refalo, wieġeb mhux ħati li kkorrompa lill-minuri, wettaq atti sesswali mhux konsenswali ma’ persuna taħt l-età, u li wettaq dawn ir-reati waqt li kien taħt ordni ta’ probation.

Waqt is-seduta tal-lum ma ħarġu l-ebda dettalji tal-każ, b’ħafna minnu jinstema’ wara bibien magħluqa inkluż ix-xhieda tal-allegata vittma permezz ta’ video-conference. Minkejja dan, il-Prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti li l-akkużat u l-allegata vittma ma kinux jiġu minn xulxin.

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Ispetturi Kylie Borg u Colin Sheldon megħjuna mill-Avukat Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

L-Avukati Ludvic Caruana u Janice Borg dehru għal Refalo.

Ekonomija

Sport