Saturday, November 16, 2024

Anzjan ta’ 82 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjan ta’ 82 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei minn dar tal-anzjani fejn kien residenti fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Huwa kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, jibqa’ jappella biex il-poplu jkun prudenti u jobdi l-miżuri ta’ prevenzjoni. Ilkoll flimkien, nistgħu nagħmlu d-differenza kontra l-imxija tal-Covid-19.Attachments area

Ekonomija

Sport