Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-8 ta’ Settembru.
Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-17 ta’ Settembru, u miet aktar kmieni llum.
L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.