Friday, December 27, 2024

AĠĠORNAT: Imutu żewġ anzjani kaġun tal-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 98 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. 

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater Dei, minn residenza tal-anzjani. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn miet aktar kmieni llum.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Intant wara nofsinhar il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li miet anzjan ieħor, ta’ 83 sena wara li dan kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19, dakinhar li ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-16 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ekonomija

Sport