Illum, għall-ħabta tal-11.00 a.m. , il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Għeriexem, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 56 sena residenti San Ġwann, tilfet il-kontroll tas-Suzuki Alto li kienet qed issuq u ħabtet ma’ arblu tad-dawl u ma’ ħajt.
Anzjana ta’ 83 sena residenti San Ġwann, kienet passiġġiera fil-vettura Iż-żewġ nisa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard l-anzjana kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq kienet ċċertifikata bi ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.