Monday, July 27, 2026
Home Sport Iż-żewġ timijiet ta’ Manchester wara Sikou Niakate

Iż-żewġ timijiet ta’ Manchester wara Sikou Niakate

0
83

Manchester City u Manchester United qed isegwu sew lil Sikou Niakate. Hu għandu 25 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali ma’ Braga fil-Portugall. Ma’ dawn tal-aħħar lagħab 33 partita u skorja gowl wieħed biss. Fil-passat, Niakate għamel parti mill-iskwadri ta’ Valenciennes, Guingamp u Metz.

Kemm ir-Red Devils kif ukoll The Citizens jixtiequ ħafna li jiksbu s-servizzi tiegħu speċjalment matul dan ix-xahar ta’ Jannar.