Wednesday, July 24, 2024

Anzjana bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 69 ġiet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-7.30am intlaqtet minn karozza fi Triq il-Brolli, Birżebbuġa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-mara ntlaqtet minn minn Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 22 sena li toqgħod Birżebbuġa.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport