Wednesday, July 24, 2024

Joseph Muscat jitlob lill-Qorti biex l-Inkjesta ssir pubblika

Aqra wkoll

“Kif stqarrejt, wara li rajt il-partijiet li ngħatajt mill-inkjesta li jirrigwardjaw lili, ninsab aktar minn konvint li dan huwa każ mibni fuq konġetturi, gideb, tiġbid tal-fatti u detto del detto.” Hekk stqarr l-eks Prim Ministru u mexxej Laburista Dr Joseph Muscat fuq kitba li tella’ fuq il-midja soċjali.

Hu kompla jgħid li “hija x-xewqa tiegħi li dan il-kontenut nippubblikah. Madankollu, jekk naqbad u nagħmel dan inkun qed nikser il-liġi u niddisprezza l-Qorti. Għalhekk, permezz tal-avukati tiegħi tlabt biex dawn il-partijiet tal-inkjesta jsiru parti mill-proċess tal-kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. B’hekk ikunu qed isiru pubbliċi u kulħadd, inkluż ġurnalisti, ikunu jistgħu jkollhom kopja.”

Sostna li dan kien l-unika pass li seta’ jieħu biex legalment tiġi ppubblikata l-parti tal-inkjesta li hu kommess li se jimxi mal-liġi.

“Konvint li jekk dan iseħħ, se jintwera li dan huwa biss kastell tar-ramel li se jitkaxkar mhux biss minn mewġa iżda saħansitra minn tsunami,” temm jikteb l-eks Prim Ministru Muscat.

Ekonomija

Sport