Mara anzjana Brittanika mietet wara li belgħet dħaħen tossiċi wara li bi żball użat żejt tal-magni biex taqli l-patata.
Carol Oldfield, ta’ 74 sena, poġġiet iż-żejt fuq in-nar u marret f’kamra oħra fejn allegatament raqdet għal madwar sagħtejn.
Meta qamet id-dar kienet mimlija b’duħħan abjad. Il-mara mietet ftit tal-jiem wara kaġun tad-dħaħen li belgħet.
Minkejja li għall-ewwel il-mara ftit li xejn bdiet turi li sofriet danni għas-saħħa tagħha, il-kundizzjoni medika tagħha ddeterjorat fi żmien qasir. Eventwalment il-mara mietet jumejn wara li tpoġġiet f’taqsima ta’ kura intensiva.
Minn awtopsja li saret jirriżulta li l-mara kienet qed tbati minn stadju bikri ta’ dimensja.