Monday, April 29, 2024

Il-Prim Ministru Libjan għada f’Malta għal taħditiet mal-Prim Ministru Abela

Aqra wkoll

Il-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjan tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja Fayez Mustafa Serraj għada t-Tnejn se jagħmel żjara uffiċjali f’Malta.

Il-migrazzjoni se tkun fil-quċċata tal-aġenda tal-laqgħa li se tkun qed issegwi dik li żvolġiet fi Tripli fit-28 ta’ Mejju u li għaliha attendew il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

Dakinhar Malta u l-Libja kienu qablu li jniedi unitajiet biex jikkordinaw operazzjonijiet kontra l-migrazzjoni illegali. L-unitajiet bdew joperaw fil-bidu ta’ dan ix-xahar.

Il-Prim Ministru Abela, flimkien mal-Ministru Bartolo u Camilleri kien iltaqa’ mal-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj u kif ukoll mad-Deputat Ministru għall-Immigrazzjoni Mohammed Sheibani.

Intant wara ċ-ċerimonja tal-wasla fi Pjazza Kastilja, il-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjan tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja flimkien ma’ delegazzjoni Libjana se jkollhom taħditiet uffiċjali mal-Prim Ministru Robert Abela dwar temi ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi apparti l-immigrazzjoni.

Id-delegazzjoni Libjana se tkun tinkludi lill-Ministru għall-Intern Libjan Fathi Ali Abd-AlSalam Bashagha u lill-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Libjan Mohamed Taher Siala.

Matul iż-żjara tiegħu f’Malta, Fayez Mustafa Serraj se jkollu laqgħa wkoll mal-President tar-Repubblika George Vella.

Sport