Friday, December 13, 2024

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt l-għawm f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Anzjana kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m., kienet tinħtieġ l-assistenza fil-Bajja tal-Fajtata, Wied il-Għajn.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 79 sena residenti Wied il-Għajn stess, sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tgħum.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu lill-mara fuq l-art, kif ukoll tim mediku li ta l-assistenza medika. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Kevan Azzopardi ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport