Mara sofriet ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-7:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Kapuċċini fil-Furjana.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjana ta’ 77 sena residenti l-Furjana ntlaqtet minn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti l-Belt Valletta.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-anzjana lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.