Saturday, September 14, 2024

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li tintlaqat minn vettura waqt li kienet miexja fuq bankina fil-Gżira

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 65 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura waqt li kienet miexja fuq bankina fil-Gira. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45 a.m. fi Triq William Reid, il-Gżira.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li kienu ħabtu żewġ vetturi, u kaġun t’hekk intlaqtet l-anzjana, li toqgħod il-Gżira, waqt li kienet miexja fuq il-bankina.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport