Wednesday, July 17, 2024

Maradona miet fir-raba’ anniversarju tat-“tieni missier” tiegħu, Fidel Castro

Aqra wkoll

Hekk kif id-dinja għadha xxukkjata bl-aħbar tal-mewt tal-plejer leġġendarju Arġentin, Diego Armando Maradona, koinċidenza turi li huwa miet fl-istess jum li fih kien miet il-ħabib tal-qalb tiegħu Fidel Castro.

Castro, il-mexxej tar-Rivoluzzjoni Kubana miet nhar il-25 ta’ Novembru tal-2016. Bejn Castro u Maradona kienet nibtet ħbiberija kbira, b’Maradona jikkunsidra lil Fidel bħala “l-akbar, u t-tieni missier”.

Dakinhar li kienet tħabbret il-mewt ta’ Castro, Maradona kien kiteb kumment li kien jgħid “il-ħabib tiegħu, dak li miegħu kont niftaħ qalbi, dak li kien jagħtini l-pariri miet”.

Il-ħbiberija bejn it-tnejn tmur lura għas-snin tmenin, iżda l-eks-plejer Arġentin baqa’ l-aktar grat lejh wara li Castro kien għenu jiddaħħal għall-kura fi klinika f’Kuba fis-sena 2000 biex jegħleb il-vizzju tad-droga.

Maradona kemm-il darba kien iddefenda r-Rivoluzzjoni Kubana u apparti tpinġija ta’ wiċċ Fidel Castro, huwa kellu wkoll tpinġija ta’ Che Guevara fuq idu.

Maradona kien żar l-aħħar darba lil Castro fl-2013.

Ekonomija

Sport