Wednesday, July 29, 2026
Home Aktar Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li tintlaqat minn vettura waqt li kienet...

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li tintlaqat minn vettura waqt li kienet miexja fuq bankina fil-Gżira

0
666

Anzjana ta’ 65 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura waqt li kienet miexja fuq bankina fil-Gira. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45 a.m. fi Triq William Reid, il-Gżira.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li kienu ħabtu żewġ vetturi, u kaġun t’hekk intlaqtet l-anzjana, li toqgħod il-Gżira, waqt li kienet miexja fuq il-bankina.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.