Anzjana ta’ 80 sena ndarbet gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Pinto Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-anzjana residenti fl-istess lokalità kienet intaqtet minn vettura tat-tip Nissan li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti Ħal Qormi wkoll.
Hija ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.