Monday, May 13, 2024

Il-Fujitsu tħabbar pjan permanenti li l-ħaddiema jaħdmu mid-dar

Aqra wkoll

Id-ditta tat-teknoloġija Fujitsu ħabbret li se tkun qiegħda tnaqqas l-ispazju għall-uffiċini tagħha fil-Ġappun hekk kif qiegħda tadatta għan-normalità l-ġdida wara l-pandemija tal-Coronavirus. 

Spjegat li l-programm “Work Life Shift” se joffri flessibbiltà bla preċedent lit-80,000 ħaddiem tagħha fil-pajjiż. Il-ħaddiema se jkunu jistgħu jaħdmu b’sigħat flessibbli u se tkun standard li l-ħaddiema jaħdmu mid-dar sakemm ikun possibbli.  

Din l-aħbar waslet wara mossa simili li ttieħdet f’Mejju mill-pjattaforma tal-midja soċjali Twitter. 

Il-Fujitsu qalet li se tintroduċi dan il-mod ġdid ta’ ħidma, li mistenni jwassal għal aktar produttività, tisħiħ u esperjenza kreattiva mill-impjegati. Fil-pjan hemm li l-impjegati jibdew jaħdmu primarjament b’mod remot biex jiksbu stil ta’ ħajja li jippermetttilhom li jkunu flessibbli fil-mod kif jużaw il-ħin tagħhom skont il-kontenut tax-xogħol, ir-rwoli li għandhom fin-negozju u l-istil ta’ ħajja.  

Sport