Anzjana ta’ 93 sena residenti Santa Venera sofriet ġrieħi serji wara li waqgħet waħedha waqt li kienet miexja.
Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1.00p.m. fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, hi ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin