Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.
L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei dakinhar stess. Fit-2 ta’ Settembru ġiet trasferita fl-Isptar St Thomas u wara mill-ġdid l-Isptar Mater Dei fil-5 ta’ Settembru. Hija mietet fl-IDU, fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl.
Hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.