Sunday, December 22, 2024

Anzjana ta’ 93 sena tinħaraq ħajja wara li ppruvat tqabbad sigarett

... Il-każ seħħ fil-Punent tal-Awstralja

Aqra wkoll

Aħbar traġika mill-kontinent Awstraljan tħabbret ilbieraħ hekk kif anzjana ta’ 93 sena aċċidentalment tat in-nar lilha nnfisha wara li ppruvat tqabbad sigarett f’waqfa tal-linja. Il-persuni li b’qalb tajba pprovaw jgħinu lill-vittma baqgħu xxokjat u mifxula għala dak li raw quddiem wiċċhom.

Il-vittma, Maria, hija magħrufa sew f’Kenwick, li jinsab fix-Xlokk ta’ Perth. Huwa rrapportat li din l-anzjan sofriet ġrieħi serji ħafna wara li n-nar ħakimha kompletament u ttieħdet b’urġenza fl-isptar “Fiona Stanley”. Għall-bidu hija ġiet iċċertifikata f’kundizzjoni kritika imma stabbli. Sfortunatament, però, mietet s-Sibt li għadda.

Waħda mix-xiehda, Karen Fraser, qalet li hija bdiet tipprova tagħti lill-vittma ftit wens sakemm waslet l-ambulanza mentri tifel li kien fuq il-post, mar immedjatament biex jgħinha u kien huwa li ċempel għall-għajnuna.

Fraser, li kienet it-tieni persuna li marret tgħin lill-vittma qalet li, “ma nista’ qatt ninsa l-ħarsa li tagħtni. Kulma stajt ngħidilha kien li n-nar intefa’ u li l-ambulanza kienet fi triqtha. Dan huwa mument li qatt ma jien se ninsa”.

Maria kienet magħrufa sew fil-komunità tagħha u n-nies kienu drawha timxi fiż-żona u wara dejjem kienet tieqaf biex tpejjep sigarett fuq il-waqfa tal-linja. Il-mewt tagħha mhiex qiegħda tkun meqjusa bħala waħda suspettuża minkejja kummenti fuq il-midja soċjali li l-ħwejjeġ tagħha kellhom kimika fuqhom li taqbad malajr.

Il-kawża uffiċjali tal-mewt ta’ din l-anzjana għandha tinħareġ mill-awtoritajiet wara li jitlestew l-eżamijiet forensiċi.

Ekonomija

Sport