Wednesday, July 24, 2024

Anzjana tindarab gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara ndarbet gravi wara li aktar kmieni kien għall-ħabta tat-3:30 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Giuseppe Stivala fin-Naxxar.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Mini Paceman, misjuqa minn mara ta’ 53 sena residenti Swieqi, u Chevrolet Matiz, misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti Birkirkara. Passiġġieri fit-tieni vettura kien hemm raġel ta’ 24 sena residenti Birkirkara u l-mara li ndarbet, anzjana ta’ 81 sena residenti Birkirkara.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport