Thursday, April 18, 2024

Anzjana tintlaqat minn karozza f’Ħal Lija

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-10.30 am meta l-pulizija kienu nformati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, Ħal Lija.

Hekk kif il-pulizija marru fuq il-post sar magħruf li mara ta’ 74 sena li tgħix Ħal Lija stess kienet intlaqtetminn karozza Volkswagen Polo li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 53 sena residenti l-Imtarfa.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport