Wednesday, April 24, 2024

L-ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-ambaxxaturi tal-Armenja u tat-Turkija

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tsovinar Hambardzumyar, l-ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Armenja żaret lill- Speaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia waqt żjara ta’ kortesija. F’diskussjoni bejniethom, Farrugia u Hambardzumyar innutaw li  hemm relazzjoni tajba immens bejn Malta u l-Amenja.

Tsovinar u Anġlu qablu li se jibqgħu flimkien jaħdmu sabiex ir-relazzjonijiet bejn il-Parlamenti rispettivi jibqgħu b’saħħithom.

L-ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija, Kerem Ahmet Kiratli għamel żjara tal-aħħar lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.  

L-ispeaker Anġlu Farrugia wassal ix-xewqat tiegħu lit-Turkija u awgura l-isbaħ xewqat lil poplu li bħalissa qegħdin jiċċelebraw ċ-ċentinarju tar-repubblika.

Hu rringrazzja lill-ambaxxatur Kerem Ahmet Kirtali tal-isforz u tal-kollaborazzjoni li għamel sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, Malta u t-Turkija. Farrugia ta l-awguri tiegħu lill-ambaxxatur għal ħidma tiegħu fil-futur qarib.

Sport