Sunday, December 22, 2024

Anzjana tmut wara ħruq fir-residenza tagħha f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Dalgħodu Ħal Tarxien stenbaħ b’disgrazzja kbira fejn anzjana ta’ 81 sena tilfet ħajjitha wara li żviluppaw nirien fir-residenza tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30a.m fi Triq Betta.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku iżda sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Is-Sindku Joseph Abela Galea qal li sfortunatament il-familja tilfet id-dar tagħha fejn lanqas fadlilhom bieb ta’ barra.

Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familja, huwa qal li qiegħed jiġbor donazzjonijiet biex itaffu ftit mill-ispejjez kbar li ġarbet din il-familja u appella biex kull min jista’ jagħti xi donazzjoni.

Ekonomija

Sport